1. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-membri.
2. Maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandha tkun meħtieġa għall-adozzjoni tad-dokument uniku ta’ programmar u tal-baġit annwali, għall-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew għat-tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv.
3. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ wieħed mill-membri, is-supplenti tiegħu għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw id-dritt tal-membru li jivvota.
4. Il-President tal-Bord ta’ Tmexxija ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
5. Id-Direttur Eżekuttiv ma għandux jieħu sehem fil-votazzjoni.
6. Ir-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ votazzjoni aktar dettaljati b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor.