1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-ENISA.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sat-28 ta’ Diċembru 2019.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-ENISA skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-oġġett ta’ lment lill-Ombudsman Ewropew taħt l-Artikolu 228 TFUE jew ta’ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 263 TFUE.