Artikolu 3 – Mandat

1. L-ENISA għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament bil-fini li tikseb livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, inkluż billi tappoġġa b’mod attiv lill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex itejbu ċ-ċibersigurtà. L-ENISA għandha taġixxi bħala punt ta’ referenza għal pariri u għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kif ukoll għal partijiet ikkonċernati rilevanti oħra tal-Unjoni.

L- ENISA għandha tagħti kontribut biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern billi twettaq il-kompiti mogħti lilha skont dan ir-Regolament.

2. L-ENISA għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha permezz ta’ atti legali tal-Unjoni li jistabbilixxu miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istat Membru, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri marbuta maċ-ċibersigurtà.

3. Meta twettaq il-kompiti tagħha, l-ENISA għandha taġixxi b’mod indipendenti filwaqt li tevita d-duplikazzjoni ta’ attivitajiet tal-Istat Membru u b’konsiderazzjoni tal-għarfien espert diġà eżistenti tal-Istat Membru.

4. L-ENISA għandha tiżviluppa r-riżorsi tagħha stess, inkluż kapaċitajiet u ħiliet tekniċi u umani, meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha b”dan ir-Regolament.

Scroll to Top