1. L-ENISA tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-ENISA. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra ma għandhomx japplikaw għal tali persunal.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistipula regoli dwar is-sekondar ta’ esperti nazzjonali għal-ENISA.