1. L-ipproċessar ta’ data personali mill-ENISA għandha tkun soġġetta għar-Regolament (UE) 2018/1725.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta miżuri addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-ENISA.