Artikolu 43 – Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta’ informazzjoni klassifikata

Wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-ENISA għandha tadotta regoli ta’ sigurtà li japplikaw il-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u EUCI, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u 2015/444. Ir-regoli ta’ sigurtà tal-ENISA għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni.

Scroll to Top