1. L-arranġamenti meħtieġa li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-ENISA fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti lid-Direttur Eżekuttiv, lill-membri tal-Bord ta’ Tmexxija, lill-persunal tal-ENISA u lill-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-ENISA u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija.
2. L-Istat Membru ospitanti tal-ENISA għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ENISA, b’kont meħud tal-aċċessibbiltà tal-post, l-eżistenza ta’ faċilitajiet ta’ edukazzjoni adegwati għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess adatt għas-suq tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għall-konjuġi tal-membri tal-persunal.