Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha titfassal b’tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:
|
(a) |
il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor, minn ħżin, ipproċessar, aċċess jew divulgazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT; |
|
(b) |
il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor milli tinqered, tintilef jew tiġi mmodifikata b’mod aċċidentali jew mhux awtorizzat jew minn nuqqas ta’ disponibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT; |
|
(c) |
li persuni, programmi jew magni awtorizzati jkunu jistgħu biss jaċċessaw id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li għalihom jirreferu d-drittijiet tagħhom ta’ aċċess; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ dipendenzi u vulnerabbiltajiet magħrufa; |
|
(e) |
ir-reġistrazzjoni ta’ liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min; |
|
(f) |
ikun possibbli li jiġi vverifikat liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min; |
|
(g) |
il-verifikazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u proċessi tal-ICT ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa; |
|
(h) |
l-istabbiliment mill-ġdid tad-disponibbiltà u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet mingħajr dewmien fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku; |
|
(i) |
li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ikunu siguri b’mod awtomatiku u mid-disinn; |
|
(j) |
li l-prodotti ICT, servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jiġu pprovduti b’software u hardware aġġornati li ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament, u jiġu pprovduti b’mekkaniżmi għal aġġornamenti sikuri. |