1. Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji ta’ prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT koperti; |
|
(b) |
deskrizzjoni ċara tal-għan tal-iskema u ta’ kif l-istandards, il-metodi ta’ evalwazzjoni u l-livelli ta’ assigurazzjoni magħżula jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba tal-iskema; |
|
(c) |
referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew adatti, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti oħra taċ-ċibersigurtà definiti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; |
|
(d) |
fejn applikabbli, livell ta’ assigurazzjoni wieħed jew aktar; |
|
(e) |
indikazzjoni ta’ jekk tkunx permessa awtovalutazzjoni tal-konformità taħt l-iskema; |
|
(f) |
fejn applikabbli, rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali li għalihom huma soġġetti l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi garantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà; |
|
(g) |
il-kriterji u l-metodi speċifiċi ta’ evalwazzjoni li jirdu jintużaw, inkluż it-tipi ta’ evalwazzjoni, sabiex jintwera li jinkisbu l-objettivi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 51; |
|
(h) |
fejn applikabbli, l-informazzjoni li hija meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u li trid tingħata jew b’mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità minn applikant; |
|
(i) |
fejn l-iskema tipprevedi marki jew tikketti, il-kondizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw tali marki jew tikketti; |
|
(j) |
ir-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT u tal-proċessi tal-ICT mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, inkluż mekkaniżmi li juri l-konformità kostanti mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati; |
|
(k) |
fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, il-manutenzjoni, it-tkomplija u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropjw taċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-estensjoni jew it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni; |
|
(l) |
ir-regoli dwar il-konsegwenzi għall-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità, iżda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-iskema; |
|
(m) |
ir-regoli dwar kif għandhom jiġu rappurtati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet marbutin maċ-ċibersigurtà fil- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma kinux ġew identifikati preċedentement; |
|
(n) |
fejn applikabbli, ir-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità; |
|
(o) |
l-identifikazzjoni ta’ skemi nazzjonali jew internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategoriji ta’ prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT, rekwiżiti tas-sigurtà, metodi u kriterji ta’ evalwazzjoni u livelli ta’ assigurazzjoni; |
|
(p) |
il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li jridu jinħarġu; |
|
(q) |
il-perijodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti kollha mill-manifattur jew il-fornitur ta’ prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT; |
|
(r) |
il-perijodu ta’ validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema; |
|
(s) |
il-politika ta’ divulgazzjoni għal ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa, emendati jew irtirati taħt l-iskema; |
|
(t) |
il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni ma’ pajjiżi terzi; |
|
(u) |
fejn applikabbli, ir-regoli dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari stabbilit mill-iskema għall-awtoritajiet jew korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6). Tali mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 59; |
|
(v) |
il-format u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fl-għoti u l-aġġornament tal-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 55. |
2. Ir-rekwiżiti speċifikati tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu konsistenti ma kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli, b’mod partikolari r-rekwiżiti li jirriżultaw mil-liġi armonizzata tal-Unjoni.
3. Fejn dan ikun previst minn att ġuridiku speċifiku tal-Unjoni, ċertifikat jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE maħruġa taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tintuża biex tintwera l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dak l-att ġuridiku.
4. Fin-nuqqas ta’ liġi armonizzata tal-Unjoni, il-liġi tal-Istati Membri tista’ tipprevedi wkoll li skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tintuża biex tiġi stabbilita l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti legali.