1. Persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem min joħroġ ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà jew, meta l-ilment ikun jirrigwarda ċertifikat Ewropew taċ-ċibersigurtà maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jaġixxi f’konformità mal-Artikolu 56(6), quddiem l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.
2. L-awtorità jew il-korp li quddiemu jkun tressaq l-ilment għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar il-progress tal-proċedimenti u d-deċiżjoni meħuda, u għandhom jinformaw lil min ikun għamel l-ilment bid-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kif imsemmi fl-Artikolu 64.