1. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu:
|
(a) |
jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li l-ENISA topera f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament. Għandu jiżgura wkoll il-konsistenza tal-ħidma tal-ENISA ma’ attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni; |
|
(b) |
jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 21, qabel ma dan jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni; |
|
(c) |
jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA„ b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni; |
|
(d) |
jissorvelja l-programmazzjoni pluriennali u annwali inkluż fid-dokument uniku tal-programmazzjoni; |
|
(e) |
jadotta l-baġit annwali tal-ENISA u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-ENISA b’konformità mal-Kapitolu IV; |
|
(f) |
jivvaluta u jadotta r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, jinkludi l-kontabbilità u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, jissottometti kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-valutazzjoni ta’ dan sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jagħmel ir-rapport annwali pubbliku; |
|
(g) |
jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA f’konformità mal-Artikolu 32; |
|
(h) |
jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi fid-dawl ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; |
|
(i) |
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu; |
|
(j) |
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni; |
|
(k) |
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż regoli għal deċiżjonijiet proviżorji dwar id-delega ta’ kompiti speċifiċi, skont l-Artikolu 19(7); |
|
(l) |
fir-rigward tal-persunal tal-ENISA, jeżerċita s-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali (ir-“Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali”) u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra”), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (24) l-Awtorità tal-Ħatra u fuq l-Awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg (“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”) f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(m) |
jadotta regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali; |
|
(n) |
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih f’konformità mal-Artikolu 36; |
|
(o) |
jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu; |
|
(p) |
jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ENISA u, fejn meħtieġ il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-ENISA u filwaqt li jqis il-prinċipji tal-ġestjoni baġitarja soda; |
|
(q) |
jawtorizza l-istabbiliment ta’ arranġamenti tax-xogħol fir-rigward tal-Artikolu 7; |
|
(r) |
jawtorizza l-istabbiliment jew il-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 42 |
2. F’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li fiha jiddetermina l-kondizzjonijiet li bihom tkun tista’ tiġi sospiża dik id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jissottodelega dawk is-setgħat.
3. Meta jkun meħtieġ minn ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jadotta deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe setgħa tal-awtorità tal-ħatra li tkun ġiet sottodelegata mid-Direttur Eżekuttiv u minflok jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mha jkunx id-Direttur Eżekuttiv.