Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu u l-Viċi President tiegħu minn fost il-membri tiegħu, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri. Il-mandati tagħhom għandhom ikunu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta’ Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi lill-President ex officio jekk il-President ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.